Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Portal Uniku tal-Kandidati

Minn Jannar 2025, il-kandidati jridu japplikaw għall-kompetizzjonijiet miftuħa organizzati mill-EPSO permezz tal-Portal Uniku tal-Kandidati l-ġdid (imsejjaħ ukoll il-Portal). L-ewwel kompetizzjoni li se tuża dan l-approċċ il-ġdid hija l-kompetizzjoni għall-amministraturi fil-qasam tat-tassazzjoni, ippubblikata mill-EPSO fis-17 ta’ Jannar 2025.

Il-Portal Uniku tal-Kandidati se jissostitwixxi l-Profili tal-EPSO kurrenti għall-applikazzjonijiet għall-kompetizzjonijiet miftuħa. Bl-introduzzjoni tal-Portal Uniku tal-Kandidati, l-EPSO jixtieq jipprovdi lill-kandidati b’esperjenza ta’ applikazzjoni aktar faċli. Il-proċess tal-applikazzjoni se jkun aktar rapidu u aktar effiċjenti, u jippermetti lill-kandidati, pereżempju, jużaw mill-ġdid l-informazzjoni pprovduta f’applikazzjonijiet preċedenti.

Is-sistema l-ġdida ta’ applikazzjonijiet għadha mhix applikabbli għall-proċeduri kollha ta’ selezzjoni tal-EPSO. Pereżempju fil-każ tal-proċedura ta’ selezzjoni CAST għall-aġent kuntrattwali, il-kandidati għad għandhom jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom permezz tal-Profil tal-EPSO sakemm jiġi indikat mod ieħor. Barra minn hekk, fil-każ ta’ kompetizzjonijiet miftuħa u proċeduri oħra ta’ selezzjoni ppubblikati mill-EPSO sal-31 ta’ Diċembru 2024, l-EPSO se jkompli jippubblika l-korrispondenza rilevanti fil-Profili tal-EPSO tal-kandidati.

Passi importanti li għandek issegwi qabel ma tissottometti l-applikazzjoni tiegħek: 
 

     1.Oħloq Kont tal-EU Login estern jekk għad m’għandekx wieħed. L-EU Login huwa essenzjali biex taċċessa l-Portal.  

     2.Innaviga fil-Portal Uniku tal-Kandidati u ffamiljarizza ruħek miegħu. 

     3.Imla l-profil tiegħek u oħloq is-CV tiegħek fil-Portal Uniku tal-Kandidati. 

     4.Applika għal kompetizzjoni sal-iskadenza fl-avviż tal-kompetizzjoni. 

     5.Ikkomunika mal-EPSO bl-użu tal-Portal Uniku tal-Kandidati. 
 

Billi jikklikkjaw it-taqsimiet ta’ hawn taħt, il-kandidati se jirċievu informazzjoni importanti ħafna dwar il-Portal Uniku tal-Kandidati l-ġdid, kif ukoll struzzjonijiet dettaljati dwar kif japplikaw permezz tal-Portal. 

OSZAR »